5 ta Diċembru 2024
Niltaqgħu l-ajruport ta’ Malta fl-4.00pm fejn naqbdu t-titjira tagħna lejn Ateni. Minn hemm naqbdu titjira oħra li twassalna sal-Kajr. Kif naslu niġbru l-visa u nibqgħu sejrin fil-lukanda Azal Pyramids li se tkun qed tospitana.
6 ta Diċembru 2024
Wara l-kolazzjon nibdew il-ġurnata tagħna billi nżuru l-famużi Piramidi. Magħna se jkollna espert tal-post biex jispjegalna aħjar fuq l-istorja tagħhom. Waranofsinhar immorru s-Civilization Museum. Dan il-mużew jinsab fil-belt ta’ Fustat fil-Kajr u fih madwar 50,000 oġġetti li jirrakkuntaw l-istorja tal-iżvilupp tal-Eġittu.
Fih insibu wkoll għadd ta’ mudelli, ritratti, manuskritti, pitturi u affarijet ta’ antikwarjat minn żminijiet tal-qedem, kif ukoll mill-era moderna. Inżuru n-naħat tal-Insara Kopti u l-knisja Ortodossa Griega ta’ San Ġorġ, fejn jingħad li żaritha l-Familja Mqaddsa. Wara mmorru għaċ-ċena fuq floating Nile boat u lura l-lukanda.
7 ta’ Diċembru 2024
Wara l-kolazzjon illum naqbdu l-coach li se twassalna fil-Monasteru ta’ Santa
Katarina. Fit-triq se ngħaddu mill-oasi ta’ Wadi Faran. Jekk il-patrijiet Ortodossi ma jsibu l-ebda oġġezzjoni nkunu nistgħu nidħlu fil-Monasteru. Akkomodazzjoni fil- lukanda Catherine Plaza, fejn se nqattgħu l-lejl. Ċena fil-lukanda.
8 ta’ Diċembru 2024
Illum inqumu għall-ħabta tas-2.00am biex nitilgħu fuq il-Muntanja Sinaj fejn jingħad li Mosè rċieva l-kmandamenti. Minn hemm fuq nitpaxxew bil-ġmiel ta’ tlugħ ix-xemx minn fuq l-għoljiet tas-Sinaj u jkollna biżżejjed ħin biex nieħdu ritratti sbieħ ta’ rikordju. Ninżlu lura minn taraġ imnaqqax fil-muntanja u nibqgħu sejrin għall- kolazzjon fil-lukanda. Wara nirritornaw lura lejn il-Kajr minn fejn naqbdu sleeper train (ferrovija li norqdu fuqha) li twassalna Luxor. Ċena fuq il-ferrovija.
9 ta’ Diċembru 2024
Naslu mas-sebħ f’Luxor u wara kolazzjon fuq il-ferrovija nżuru t-Tempju ta’ Luxor, wieħed mill-isbaħ tempji tal-Eġittu li jinsab maġenb ix-xmara Nil. Hemmhekk se nqattgħu ftit ħin mhux ħażin nammiraw din il-meravilja. Minn hemm immorru nżuru t- Tempju Karnak, l-ikbar Tempju n-naħa tax-xatt tal-Lvan ta’ Luxor. Illum nitilgħu fuq in- Nile Cruise, minn fejn se nqattgħu erbat ijiem mill-isbaħ. L-ikla ta’ nofsinhar u ċ-cena noħduhom fuq il-vapur. Inqattgħu l-lejl fuq il-vapur.
10 ta’ Diċembru 2024
Wara l-kolazzjon nerħulha lejn is-sit magħruf ma’ kulħadd bħala The Valley of the Kings li jinsab fix-xatt tal-punent tax-xmara Nil. Dan huwa propju l-post fejn kien instab il-qabar ta’ Tutankhamen bit-teżori kollha li kienu ndifnu miegħu. Minn hemm nibqgħu sejrin lejn it-Tempju ta’ Hatshepsut.
Għal min forsi ma jafx Hatshepsut kienet waħda mill-irġejjen tal-Eġittu antika. Hija ħadet f’idejha t-tmexxija tal-Eġittu fis-sena 1478 Q.K. Illum insalpaw lejn Edfu u għandna naslu tard filgħaxija. L-ikla ta’ nofsinhar u ċ-cena noħduhom fuq il-vapur.
11 ta’ Diċembru 2024
Wara l-kolazzjon abbord, se nerħulha lejn it-Tempju Edfu minn fejn nirkbu karrozzella li teħodna minn ġo villaġġ għat-tempju meraviljuż ta’ Horus. Dan huwa wieħed mill- isbaħ monumenti tal-Eġittu. Nitilqu lura lejn il-vapur u nsalpaw lejn Kom Ombo fejn inżuru t-Tempju Kom Ombo u t-Tempju ta’ Haroeris u Sobek. Minn hemm inbaħħru lejn Aswan matul il-lejl. L-ikla ta’ nofsinhar u ċ-cena noħduhom fuq il-vapur.
12 ta’ Diċembru 2024
Wara l-kolazzjon abbord f’Aswan nitilqu lejn il-High Dam, jew kif inhu magħruf, l- Aswan High Dam. Din l-istruttura eċċezzjonali nbniet biex tikkontrolla l-għargħar mix- xmara Nil, tiġġenera l-elettriku u kif ukoll tipprovdi l-ilma għall-agrikoltura.
Wara nibqgħu sejrin lejn il-barrieri tal-granit u l-post fejn hemm l-hekk imsejjaħ Unfinished Obelisk. Lura fuq id-dgħajsa u nsalpaw lejn il-ġżira ta’ Agilika fejn jinsab it-Tempju ta’ Philae. Dan it-Tempju kien iddedikat lill-Alla mara Isis. L-ikla ta’ nofsinhar u ċ-cena noħduhom fuq il-vapur.
13 ta’ Diċembru 2024
Wara kolazzjon abbord, illum ninżlu lura minn fuq in-Nile Cruise għall-ħabta ta’ bejn l- 10am u l-11am u jekk it-temp jippermetti nirkbu fuq dgħajsa li jsejħula Feluka għal mawra fil-madwar. Fis-6pm naqbdu s-sleeper train lura lejn il-Kajr fejn naslu l-għada għall-ħabta tas-6am. Ċena u kolazzjon (14 ta’ Diċembru) fuq il-ferrovija.
14 ta’ Diċembru 2024
Illum se nibdew il-ġurnata bi żjara lill-Egyptian Museum fejn naraw u nammiraw oġġetti li jmorru lura għaż-żmien tal-Farawni. Jingħad li hemm madwar 250,000 oġġett, inkluż żona ddedikata lil Tutankhamen fejn hemm esibiti d-dehebġojjellerija li kienu ndifnu fil-qabar miegħu għal 3,500 sena qabel ma nstabu.
Minn hemm nitilqu lejn iċ-Ċitadella li nbniet fl-għoljiet ta’ Salah El Din fis-sena 1183 W.K. Inżuru l-Moskea li tinsab hemmhekk. Ikollna ħin ukoll inżuru ż-żona magħrufa bħala Khan Al-Khalili fejn induru fil-ħafna bazaars, ħwienet u ristoranti popolari ħafna mat- turisti. Lura għaċ-cena fil-lukanda għall-aħħar lejl ġewwa l-Eġittu.
15 ta’ Diċembru 2024
Wara l-kolazzjoni kmieni naqbdu t-triq lejn l-ajruport tal-Kajr għat-titjira tagħna lejn Ateni fl-10am u warajha t-titjira lura lejn Malta fejn naslu għall-ħabta tas-6.15pm.